|
Għaqdiet
Sportivi
- Klabb
tal-Boċċi,
Triq il-Ħabs l-Antik, Senglea
- Senglea
Regatta Club,
Bastion Point, Senglea
- Senglea
Athletics F. C.,
45, Triq il-Vitorja, Senglea
- Senglea
Athletics F. C. Youth Nursery,
c/o 45, Triq il-Vitorja, Senglea
- Senglea
Social Club,
92, Triq il-Vitorja, Senglea
- Senglea
Gunners F. C.,
Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea
- Shamrock
Waterpolo Club,
Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea
- Senglea
Youngsters F.C.,
c/o Senglea Social Club, 92, Triq il-Vitorja,
Senglea
- Għaqda
Sajjieda Dilettanti u Barklori,
c/o Walter Ahar, 123, Triq Iż-Żewġ Mini, Senglea
[back
to top]
Għaqdiet
Politiċi
- Ċentru
Brigata Laburista,
Pjazza Ġorġ Mitrovich, Senglea
- Każin
Nazzjonalista “La Sengle”,
48 / 49, Triq San Pietru u San Pawl, Senglea
- Ċentru
Laburista Lokali,
202 / 203, Triq Il-Vitorja, Senglea
[back
to top]
Għaqda
Filarmonika
-
Queen’s Own Band Club,
63 / 64, Triq il-Vitorja, Senglea
Għaqdiet
Reliġjużi
- Kunsill
Pastorali Parrokjali,
Uffiċċju Parrokjali, Triq San Lawrenz, Senglea
[back
to top]
Soċjeta'
Filarmonika 'La Vincitrice'
Fis-sena
1865 il-Banda La Senglea ġiet iffurmata taħt id-direzzjoni
ta' Mro Tomaso Galea. L-ewwel dehra fil-pubbliku
saret waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fl-istess
sena. F'din l-okkażjoni il-banda daqqet marċi
funebri ta' Mro Galea.
Il-kanonku
S. Salomi kien l-ewwel patrun u benefattur ta'
din il-Banda, skond ġurnalisti ta' dak iż-żmien,
dan il-benefattur ma' kienx joqgħod lura biex
kull fejn seta' kabbar ir-reputazzjoni ta' din
il-bansa akkost ta' spejjeż li hu ħareġ minn butu.
Matul
is-sena 1871 ir-rivalita' li kienet diġa teżisti
bejn il-banda La Senglea u għaqda mużikali oħra
fil-lokal, La Vincitrice diretta mis-surmast Mro
Abela Scolaro, kompliet tikber. Biex tkompli tagħmel
is-sitwazzjoni aktar diffiċli għal din il-banda,
numru sostanzjali ta' bandisti naqsu minħabba
li wħud minnhom ingaġġaw bħala bandisti fir-Royal
Navy.
Skond
il-gazzetta "Corriere Mercantile Maltese"
tas-7 ta' Diċembru, 1874, l-Għaqda Mużikali La
Vincitrice saret l-aktar banda popolari fil-lokal
u kienet ittella' programmi mużikali f'Cafe' Premier
fi Pjazza Reġina. Dawn il-programm mużikali direġuti
mill-ewwel surmast tagħha Mro C. Abela Scolaro,
kienu intlaqgħu tajjeb mill-poplu Malti u minn
dawk preżenti fit-toroq tal-Belt.
Minħabba
r-rivalita' li kienet teżiti bejn iż-żewġ baned
l-Għaqda Mużikali La Vincitrice qatt ma' ingħatat
permess mill-pulizija biex ittella' programm mużikali
fil-lokal ta' l-Isla.
Iżda
wara numru sostanzjali ta' talbiet din l-għaqda
ingħatat permess biex iddoqq fi Triq il-Vitorja.
Infatti fuq il-permess maħruġ mill-Ispettur Scicluna
bl-approvazzjoni tas-Supretendent tad-Distrett,
l-Għaqda Mużikali La Vincitrice daqqet għall-ewwel
darba xogħlijiet ta' Meyerbeer nhar is-6 ta' Jannar,
1874. Nies mit-Tlett Ibliet inġabru fl-Isla biex
jisimhu dawn ix-xogħlijiet u jidher li din is-serata
kienet milqugħa tajjeb u kollox mexa ħarir. Mhux
reġistrat li nqala' xi nkwiet mil-Banda l-oħra.
Fl-1903
l-għaqda mużikali La Vincitrice bidlet isimha
għal Queen's Own. Mhux ċara għaliex din l-għaqda
mużikali bidlet isimha. Fl-1908 din il-banda pparteċipat
f'fiera mtella' fil-Ġonna ta' l-Argotti b'risq
is-Soċjeta għall-għajnuna tal-muti (Muto Soccorso
Society) u bħala kommemorazzjoni tal-Koperazzjoni
Internazzjonali ta' Barra. Dan l-avveniment kien
organiżżat mill-Banda La Vallette.
Skond
Fr John Mary Farrugia, mill-Birgu fis-26 ta' Jannar,
1875, il-Banda Queen'w Own marret Catania fuq
il-vapur 'Slatulus Gort'. Din il-banda irritornat
lura fil-festa ta' San Pietru u San Pawl (L-Imnarja).
Din kienet l-ewwel darba li banda lokali vjaġġat
barra minn Malta biex ittella' programm mużikali.
Wara
dan saru aktar vjaġġi barra minn Malta fejn din
il-banda daqqet diversi xogħlijiet mużikali -
Noto, Floridia u Siracusa. F'kull mawra li din
il-banda għamlet ġabet lura Souvenir Banner ta'
kull lokal li tkun daqqet fih. Sfortunatament
dawn il-banners inqerdu meta l-bini tal-banda
ġie meqrud matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
L-Għaqda
Mużikali Queen's Own ġiet inawgurata mill-mibki
president tagħa Dr. F. Inglott u mbierka mir-Rev.
Kan. F. Marengo wara diskors mill-President. Presidenti
oħra li ġew wara kienu Mons. Ign. Panzavecchia,
Rev. Kan. Prim. F. Marengo, Maġistrat F. Soler,
Dr. John Calleja, Dr. J. Schembri, Mr. L. Valentino,
Mr. J. Ghirxi, Mr. J. Grech and Mr. P. Mangion
u Mr Joe Degiorgio.
Ta'
min isemmi surmastrijiet tant magħrufa li ħadmu
ħafna biex dejjem ikabbru l-entużjażmu ħaj f'din
l-għaqda bħal ma' huma Mro Carmelo Abela Scolaro,
Mro G. Portelli, Mro A. Miruzzi, Mro J. Parisi,
Mro G. Vitaliti, Mro R. Cafforelli, Mro C. Mifsud,
Mro. A. Muscat Azzopardi, Mro. G. Martin, Mro
A. Cilia, Mro A. Callus u l-aħħar iżda mhux l-inqas
Mro. B. Borg.
Informazzjoni
meħuda minn : The Story of Philarmonic Socities
by R. Mifsud Bonnici.
L-Għaqda
mużikali li għandha l-Klabb tagħha f'nofs Triq
il-Vitorja, għadha kif għamlet tibdil f'dan is-sit
u ġie atrezzat b'bar biex ikun jista' jaqdi t-talbiet
taċ-ċittadini tal-lokal u tal-barranin li jżuru
l-Isla. Infatti dawn il-barranin huma milqugħa
ħafna fil-mawra tagħhom ġewwa l-Isla.
[back
to top]
KOR
MARIA BAMBINA
IL-BIDU
Minn
żmien l-ewwl snin tas-sebgħinijiet, flimkien ma'
l-organista Agostino Attard, kienu jinġabru numru
ta' rġiel fil-quddiesa gregorjana tal-Ħadd. Dan
kien għall-ħabta ta' l-1972, meta Ġużeppi Baron
u Charlie Mercieca flimkien ma' Grupp ta' rġiel
bdew dan il-grupp, li wara f'kumitat ġie miftiehem
li l-isem tiegħu kellu jkun "Kor Marija Bambina".
Il-kor beda jikber u bdew deħlin tfal li kienu
jinġabru għall-quddiesa ta' filgħaxija u fl-istess
ħin jiġu mgħallma minn Dun Pawl Schembri. Wara
ftit il-Kor Marija Bambina waqa' taħt id-direzzjoni
ta' Suor Speranza li kienet tgħallem il-pjanu
wkoll. Wara ftit miet is-surmast Attard u ġie
avviċinat is-surmast Alfred Callus.
MATUL
IŻ-ŻMIEN
Fl-1977,
għall-okkażjoni ta' l-ewwel quddiesa solenni ta'
Dun Anton Gouder, l-Kor kanta għall-ewwel darba
akkumpanjat mill-orkestra, taħt id-direzzjoni
tas-Surmast Callus. Dak inhar ukoll il-kor libes
għall-ewwel darba uniformi. Hekk kif miet l-Arċipriet
Sladden, inħatar arċipriet Dun Vincenz Cachia
mill-ewwel tefa' għajnejh fuq il-kor u għamel
kemm setgħa biex dan il-kor ikompli jikber. Matul
is-snin l-organisti bdew taħriġ għand patri Albert
Borg, u fl-istess ħin Joe Huber beda jagħti lezzjonijiet
tal-vuċi lill-membri tal-kor. Il-kor ġie ukoll
maqsum f'seba' sezzjonijiet; soprani, mezzo soprani,
tenuri u baxxi. wara dan, il-kor beda ukoll joħroġ
mill-parroċċa, twaqqaf kumitat ċentrali u sotto
kumitati, biex jiġu organiżżati attivitajiet soċjali
kif ukoll biex jiġi pubblikat kull xahrejn fuljett
- Il Vuċi. Nidbet fil-kor il-ħajra li nipparteċipaw
f'festivals tal-korijiet parrokjali u dan sar
f'ħafna okkażjonijiet. Iżda l-akbar suċċessi li
kellu l-kor kien fl-1996 fl-okkażjoni tal-75 sena
anniversarju ta' l-inkurunazzjoni ta' Marija Bambina,
fosthom in-novena ta' Marija Bambina li ġiet kantat
ma' l-orkestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast
Callus, kif ukoll il-funzjoni ta' l-4 ta' Settembru
fix-Xatt waqt quddiesa solenni kkonċelebrata mill-Arċisqof
Mons. Ġużeppi Mercieca, taħt it-tmexxija ta' Dun
Ġwann Galea. Il-kor Marija Bambina ħa sehem ukoll
għal għaxar snin konsekuttivi fil-festa tal-Madonna
tal-Karmnu iż-Żurrieq. Ħa sehem ukoll f'festival
tal-korijiet li sar fil-kulleġġ San Alwiġi f'Birkirkara
u fejn ħa l-ewwel post. Fost oħrajn il-kor ħa
sehem ukoll fil-quddies konċelebrati mill-Papa
Ġwanni Pawlu II, fiż-żewġ żjarat tiegħu f'Malta.
Il-Kor
Marija Bambina għadda minn ħafna affarijiet li
jibqgħu minquxa f'kull membru, u dan kollu ma'
kienx ikun possibbli li kienu ma' kienx għal ħafna
sagrifiċċji, kemm mill-membri kif ukoll minn dawk
li jmexxu kemm b'mod mużikali kif ukoll b'mod
spiritwali.
DATI MPORTANTI FL-ISTORJA TAL-KOR
MARIJA BAMBINA
| 1972 |
Il-bidu
tal-kor Marija Bambina |
| 1977 |
Prima
Messa ta' Dun Anton Gouder |
| 1986 |
Il-kor
beda joħroġ mill-Parroċċa u kanta f'żewġ
okkażjonijiet fl-Imsida u
f'Wied il-Għajn |
| 1987 |
Ftuħ
ta' Dar Sant' Anna fl-Isla li għaliħ kanta
l-kor.
L-ewwel
Festival li fiħ ħa sehem il-kor - Festival
Marjan F'Raħal Ġdid |
| 1988
- 1998 |
Il-kor
ħa sehem mal-banda fil-festa tal-Madonna
tal-Karmnu fiż-Żurrieq |
| 1989 |
Il-kor
kanta waqt tieġ fil-Katidrasl, l-Imdina |
| 1990 |
Quddiesa
fuq il-Fosos, Furjana waqt iż-żjarat tal-Papa
Ġwanni Pawlu II |
| 1991 |
Il-membri
tfajliet tal-kor għamlu żjara f'Ruma, l-Italja |
| 1991 |
Il-kor
ħa sehem f'festival tal-korijiet fil-Hamrun |
| 1995 |
Membri
tal-kor għamlu ġita f'Lourdes, Franza
Il-kor
kanta mal-banda ta' Santa Marija fl-Imqabba
waqt serata mużika-letterarja |
| 1996 |
Il-kor
beda jidher b'uniformi ġdida
Il-kor ħa sehem f'festival tal-korijiet
fl-Isla, organizzat fl-okkażjoni tal-festi
tal-75 anniversarju mill-inkurunazzjoni
ta' Marija Bambina
Il-kor
kanta fil-kon-Katidral ta' San Ġwann,
Valletta
Kanta
ukoll fil-funzjoni ta' l-4 ta' Settembru
Novena
kantata mill-kor flimkien ma' l-orkestra
b'quddies differenti kuljum |
| 1997 |
Il-kor
mexxa serata mużikali f'Marsaxlokk
Sar
kunċert mill-Kor Marija Bambina fl-Isla
fl-okkażjoni tal-25 sena mit- twaqqif
tal-kor
Saret
żjara lill-President Ugo Mifsud Bonnici
fil-Palazz Verdala
Ittellgħet
exhibition organizzata mill-membri tal-kor
Sar forum dwar il-kant organizzat mill-kor |
| 1998 |
Il-kor
Marija Bambina ġie l-ewwel post f'festival
tal-kant li sar fil- Kulleġġ ta' San Alwiġi,
f'Birkirkara |
| 1999 |
Il-kor
ħa sehem f'serata mużikali f'Wied il-Għajn
F'Sannat,
Għawdex il-kor ha sehem f'festival tal-korijiet
Il-kor ta' s-sehem tiegħu waqt il-pellegrinaġġ
tar-Redentur f'San Vincenz de Paule
Prima
Messa ta' Fr. Simon Sciberras
Fl-okkażjoni tal-Milied, il-kor kanta
taħt it-tinda f'Misraħ il-Ħelsien, Valletta |
| 2000 |
Iż-żjara
tar-Redentur fil-Qala, Għawdex fejn il-kor
knata matul il- pellegrinaġġ
Il-kor
ta' s-sehem tiegħu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet
tal-Ġublew |
| 2001 |
Il-kor
kant waqt quddiesa solenni fil-Kon-Katidral
ta' San Ġwann, Valletta, fl-okkażjoni
tal-festa tal-Kandlora
Quddiesa
fuq il-Fosos, Furjana waqt iż-żjarat tal-Papa
Ġwanni Pawlu II |
| 2002 |
Fl-okkażjoni
tal-ħatra ta' l-Arċipriet ta' l-Isla,
Fr. Joe Grech il-kor kanta quddiesa orkestrata
Il-kor
kanta għall-quddiesa tal-ħatra tal-Kappillan
tal-Gżira, Dun Vincenz Cachia
Il-kor ta' s-sehem tiegħu fit-Tridu tal-festa
tal-Madonna tal-Karmnu, l-Gżira |
SURMAST
Mro A. Callus A. Mus., L. C. M.
DIRETTUR
C. Mercieca
DIRETTUR
SPIRITWALI
Kan. J. Grech, Arċipriet
ORGANISTI
S. Gauci, A. T. C.L., A. L. C. M.
M. Cutajar, R. Scerri, F. Fiorini
TENURI
F. Caruana, M. Caruana
M. Fiorini, J. Schiavone
BASSI
E. Bosco, M. Ciantar
C. Mercieca, J. Pace
SOPRANI
M. Agius, R. Agius, B. Bugeja
C. Buhagiar, J. Caruana
P. Caruana, M. Chetcuti
G. Cutajar, M. Cutajar
J. Farrugia Gabriele, V. Grima
B. Inguanez, G. Scerr
MEZZO
SOPRANI
C. Bonello, J. Caruana
S. Caruana, C. Degiorgio
D. Fiorini, J. Gabriele
K. Gauci, S. Gauci
S. Inguanez, S. Pace
I. Scerri, R. Scerri, R. Vella
[back
to top]
Senglea
Athletics Football Club
Dan
il-klabb tal-football ra l-bidu tiegħi fl-1906
bl-isem ta' Senglea Shamrocks.
Aktar
tard fl-1911 twieldet l-Assoċjazzjoni tal-Football
Malti (MFA) taħt il-presidenza ta' Major H. A.
Balbi. Il-Klabb Senglea Shamrocks kien wieħed
mill-ewwel klabbs li daħal jagħmel parti minn
din l-Assoċjazzjoni Newtrali (MFA).
Fl-1932
dan il-klabb bidel ismhu għal Senglea united u
aktar tard fl-1943 reġgħa bidel ismhu għal dak
li huma magħrufin bih illum, Senglea Athletics
Football Club. Kif spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija,
dan il-klabb beda jikkompeti fis-2nd Division,
League imtella' mill-MFA.

MINORS
UNDER 18 CHAMPIONS 1960/61
|
|
Għalkemm
dan il-klabb kellu żminijiet ta' suċċessi u ta'
prestiġju, għamel ħafna żmien jilgħab fid-diviżonijiet
baxxi tal-kalassifika.
L-aktar
mumenti ta' ferħ u ta' glorja kienu f'nofs is-snin
sebgħin (1070's) meta dan il-klabb ġie promoss
għat-tieni diviżjoni u aktar tard għall-ewwel
diviżjoni tal-League fejn għal diversi snin suċċesivament
ġew dikjarati champions tat-tieni diviżjoni.
Fl-1981
dan il-klabb ġie promoss għal darb'oħra fl-ogħla
League u fl-istess staġun dan il-klabb naqqax
isimhu fl-istorja tal-football Malti billi kien
l-ewwel tam mit-Tieni Diviżjoni li qatt ikkontesta
fit-Tazza Finali ta' l-MFA Trophy u jitlef b'marġini
żgħir ta' 2-1. Dan il-Klabb kien pass il-bogħod
milli jipparteċipa f'kompetizzjoni fil-European
Cup Winners. F'dan iż-żmien il-President kien
Walter Clinch.

1ST
DIVISION CHAMPIONS 1980/81
|
|
Minn
dan iż-żmien il-quddiem Senglea Athletics FC għaddew
minn żmien ftit u xejn ikraħ minħabba diffikultajiet
finanzjarji kbar. Iżda f'dawn l-aħħar tlett snin
it-team għal darb'oħra wera' ruħu bħala forza
li mħux ta' min jinjora'.
Fis-sena
2000 dan il-klabb rebaħ promozzjoni mit-tielet
għat-tieni diviżjoni. F'Dan iż-żmien il-president
tal-klabb kien Reno Chircop.
Aktar
tard taħt il-presidenza ta' Dr. Vincent S. Zammit,
il-klabb ġie promoss għall-ewwel diviżjoni.
F'din
l-aħħar sena l-klabb baqa' jżomm il-pożizzjoni
tiegħu fl-ewwel Diviżjoni. Huwa sigriet magħruf
li l-ambizzjoni tal-klabb hija li jiġi promoss
fil-Premiere League (l-għola diviżjoni tal-Football
Malta).
Dr.
V. Zammit
President - 2002
[back
to top]
|