SITE SEARCH:
 

Be informed what activities your Local Coucil is planning.
Have a look at what activities your Local Council held.
ATTIVITAJIET LI SER ISIRU

Tlieta 8 ta' Mejju 2007 (Il-Ħames Jum)
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla

Quddies ta' Radd il-Ħajr
6.00pm - Quddies ta' Radd il-Ħajr fil-Bażilika ta' Marija Bambina L-Isla

Marċ mill-Iscouts
7.00pm - Marċ mill-Iscouts

Programm ta' l-Għeluq
8.00pm - Taħt it Tinda f'Misraħ l-4 ta' Settembru jibda' programm letterarju li jġib fi tmiem tagħhom dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

It-Tnejn 7 ta' Mejju 2007 (Ir-Raba' Jum)
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla

Sports Day
11.00am - Din il-ġurnata tiftaħ bi Sports Day għall-istudenti tal-iskola Primarja ta' l-Isla. Din ser tinżamm f'Misraħ l-4 ta' Settembru u l-ġenituri u l-familjari ta' l-istudenti huma mistiedna jattendu biex jinkoraġ
ġixxu lill-istudenti.

Serata Mużikali mill-Allievi
8.00pm - Dan il-jum jagħlaq bi programm mużikali mill-Allievi tal-Każin tal-Banda 'La Vincitrice' taħt id-direzzjoni tas-Surmast Brian Cassar. Dan il-programm ser jittellgħa taħt it-Tinda f'Misraħ l-4 ta' Settembru.

Dħul mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Il-Ħadd 6 ta' Mejju 2007 (It-Tielet Jum)
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla

Ir-Regatta u l-Futbol fl-Isla
9.30am - It-Tielet jum ta' attivitajiet ser jiftaħ b'diskussjonijiet dwar il-passat ta' gieħ ta' dawn iż-żewġ dixxiplini sportivi fl-Isla. Veterani sportivi ser jiġu mistiedna biex taħt it-Tinda f'Misraħ l-4 ta' Settembru jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom. Imexxu l-programm Joe Seracino fil-qasam tar-Regatta u Salvu Lanzon fil-qasam tal-futbol. Fl-inħawi se jkunu armati imwejjed u siġġijiet fejn wieħed ikun jista' joqgħod bil-qiegħda jisma' u fl-istess ħin jixrob flixkun birra u jnaqqar xi ikel. Waqt id-diskussjonijiet se jkun hemm l-Ghana Spirtu Pront. Il-pubbliku se jkollu l-okkażjoni li jsegwi parata ta' karozzi tal-epoka.

Dħul mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Treasure Hunt
2.00pm - L-attivitajiet ta' din il-ġurnata jkomplu bi Treasure Hunt ġewwa l-Isla. Qed nistiednu lil kulħadd jieħu sehem f'din l-avventura, tfal, żagħżagħ, u ġenituri. Ir-rebbieħa ser jigħataw premju.

Dawk kolla nteressati jieħdu sehem fit-Treasure Hunt jistgħu jiksbu l-Informazzjoni u japplikaw mill-Kunsill lokali ta' l-Isla. M'hemm l-ebda' ħlas għal min jieħu sehem.

Lejla Maltija
6.00pm - L-attivitajiet ta' din il-ġurnata jiġu fi tmiemhom b'Lejla Maltija li se tittllgħa taħt it-Tinda f'Misraħ 4 ta' Settembru.

Ikun hemm xorb u ikel għall kulħadd.

Kantanti li ħa jattendu: -

  1. Tarcisio u Christy Barbara
  2. Alana Bondin
  3. Klinsmann and Band
  4. Kaley Coleiro
  5. Stephanie Tanti
  6. Albertin
  7. Charlie Attard
  8. Annabel
  9. Adriana Mifsud

Jieħdu sehem ukoll:

  1. Tonio Vella (il-Majsi)
  2. Fabien Scerri De Carlo (Gawdenz)

Dħul mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Is-Sibt 5 ta' Mejju 2007 (It-Tienit Jum)
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla

Espressjoni ta' Talent
9.00am - It-Tieni jum ta' attivitajiet se jiftaħ b'attivita' li tinkludi Espressjoni ta' Talent. Din ser issir taħt it-Tinda ġewwa Misraħ l-4 ta' Settembru. Matul l-attivita' n-nies tal-lokalita' qed jiġu mistiedna juru xogħol artiġanali jew snajja tradizzjonali tagħhom, kif ukoll kif jinħadem ix-xogħol. Tfal li jattendu l-Librerija Pubblika tal-Lokal se jesebixxu x-xogħol li ħejjew fl-okkażjoni ta' Jum l-Omm. Studenti mill-Iskola Primarja tal-Lokal ser jesprimu l-ħsieb tagħhom dwar l-Isla permezz tat-tpinġija. Numru ta' artisti stabbiliti ser imuku qegħdin ipittru fil-Misraħ.

Il-Kunsill qed jistieden lill Pubbliku jieħu sehem f'din l-attivita'.

Parata u Re-Enactment
7.00pm - It-Tieni jum ta' attivitajiet jiġi fit-tmiem tigħu permezz ta' żewġ attivitajiet le se jseħħu madwar it-toroq ta l-Isla. Ikun hemm parata mill-Iscouts segwita minn re-enactment imtellgħa mill- Awtorita' Maltija tat-Turiżmu.

Akta informazzjoni dwar din l-attivita' tinkiseb mill-Kunsill Lokali ta' L-Isla

Il-Gimgħa 4 ta' Mejju 2007 (L-Ewwel Jum)
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla

Serata ta' Tifkiriet
8.00am - Taħt it-Tinda li ser tiġi armata għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet f'Misraħ l-4 ta' Settembru, ser tittellgħa Serata ta' Tifkiriet, fejn veterani Sengleani ser jirrakuntaw il-passat glorjuż ta' Beltna. matul is-serata ser jintwerew filmati u ritratti ta' l-Isla fil-passat u l-grajjiet li għaddiet minnhom din il-Belt. Ser imexxi s-Serata Charles Coleiro. Il-programm jinkludi zfin mill-grupp Dance 2000, bil- koreografija ta' Coleiro Buhagiar.

Dħul mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi.



ATTIVITAJIET LI SARU

Lulju - Awissu 2006
Senglea Summer Club 2006 Teatru fl-Edukazzjoni.

27 ta' Lulju 2006 - 3 ta' Awissu 2006
Tour ta' residenti
ġewwa Cassino u Abruzzo, Italja

23 ta' Lulju 2006
Ġurnata Splash & Fun għaż-żgħażagħ

20 ta' Lulju 2006
Ġurnata Għawdex

8 ta' Lulju 2006 - 17 ta' Lulju 2006
Mawra ta'
żgħażagħ ġewwa Cassino, Italja.

29 ta' Gunju 2006 - 2 ta' Lulju 2006
Weekend Break - Grand Hotel Mercure San Antoio - Qawra

7 ta' Mejju 2006
Ġurnata għaż-żgħażagħ ġewwa Paradise Bay Hotel, Cirkewwa

6 ta' Mejju 2006
Kompetizzjoni Nbid fil-Gardjola

5 ta' Mejju 2006
Attivita' edukattiva mil-puluzija fix-xatt

4 ta' Mejju 2006
Attivita' Anzjani u Familji,
ħarġa u ikla fir-Riviera Complex.

9 ta' Frar 2006 - 12 ta' Frar 2006
Weekend Break - Grand Hotel Mercure Coralia San Antonio - Qawra

7 ta' Ottubru 2005 - 11 ta' Ottubru 2005
Delegazzjoni Taljana minn Abruzzo gewwa l-Isla

11 ta' Frar, 2005 sa l-14 ta' Frar, 2005
Week End Break - Grand Hotel Mercure Coralia San Antonio - Qawra

31 ta' Diċembru, 2004
Pantomima għat-Tfal - Valletta

30 ta' Diċembru, 2004
Festin għat-Tfal (3 sa 6 snin) - Sala Kunsill Lokali Isla

29 ta' Diċembru, 2004 sa l-1 ta' Jannar, 2005
Żjarat lill-Anzjani li ma joħorġux mid-dar

23 ta' Diċembru, 2004
Rigal lill-Anzjani, 2004 - Emotions Club, San Ġiljan (Paceville)

13 sad-19 ta' Diċembru, 2004
Bazaar - Misraħ 4 ta' Settembru, Isla

22 ta' Novembru sas-27 ta' Diċembru, 2004
Fitness Kors għan-Nisa - Sala Kunsill Lokali Isla

19 sat-22 ta' Novembru, 2004
Week End Break - Grand Hotel Mercure Coralia San Antonio

27 ta' Ottubru, 2004
Coffee Morning - Sala Kunsill Lokali Isla

7 sas-17 ta' Ottubru, 2004
Festival ta' Bliet Storiċi

Matul dawn l-aħħar snin l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu organizzat diversi Festivals fl-lokalitajiet differenti ta' Malta.

L-għan li għalih din l-Awtorita torganizza dawn il-festivals huwa biex torganizza attivita' kulturali ta' livell professjonali bl-aċċenn fuq l-istorja u l-folklore marbuta mal-lokalita', attivita' li tkun apprezzata kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin.

Il-Kunsill ta' l-Isla ħass li dan huwa proġett utli ħafna għal belt bħal ma' hija tagħna li għandha ħafna x'toffri f'dak li huwa talent, bini storiku u storja. Għaldaqstant ma' baqgħax lura u ħa sehem impenjattiv billi ġurnata mill-programm imtella' mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu kien imtella' ġewwa l-Isla. Din il-ħidma saret bil-kollaborazzjoni sħiħa ta' dan il-Kunsill.

10 ta' Awwissu, 2004
Ġurnata Għawdex

21 sas-26 ta' Lulju, 2004
KONFERENZA "IDENTITY & DIFFERENCE" COMUNE DI GORIANO SICOLI (ABRUZZO)

Il-Kunsill Lokali Isla ġie mistieden mill-Comune di Goriano Sicoli fir-Reġġjun ta' l-Abruzzo l-Italja, biex jipparteċipa f'din il-konferenza Internazzjonali bit-tema "L-Identita u d-Differenza - Id-Diversi Kulturi bħala Identifikazzjoni Ewropeja".

Din il-konferenza nżammet f'Abruzzo l-Italja bejn il-21 u s-26 ta' Lulju, 2004. Għal din il-konferenza l-Kunsill kien irrapreżentat mis-Sindku Joseph Casha u miż-żewġ Kunsillieri Mario Mizzi u Reno Chircop flimkien mas-Sinjura Elizabeth Grech (staff)u mis-sinjuri Fabian Mangion, Joseph Abela, Arthur Perici u Stephania Vella fejn ipparteċipaw b'diskorsi u anke xi slides fuq l-Isla.

L-erbgħa pajjiżi l-oħra li ħadu sehem f'din il-Konferenza flimkien ma' Malta kienu Spanja, l-Olanda, Franza u l-Italja. Għalkemm dawn il-pajjiżi għandhom id-diversi kulturi tagħhom, dawn għandhom wirt kulturali komuni bix-xogħol li għamel u ħalla l-artist Daniz M. C. Escher.

L-għan ta' din il-konferenza kien li b'xiehda ta' dan ix-xogħol minn dan l-artist Daniz issaħħaħ il-wirt identiku kulturali f'viżjoni Ewropeja. Din l-integrazzjoni fuq bażi kulturali turi biċ-ċar kif bliet kbar jistgħu jiltaqgħu ma' Muniċipalitajiet żgħar bħal dak ta' l-Isla jistgħu jitħalltu ma' popolazzjoni akbar minnhom fuq bażi kulturali.

Għal din il-Konferenza ġew mistiedna wkoll membri parlamentari Ewropej, Reġġjonali, kif ukoll diversi Sindki u Kunsillieri ta' Muniċipalitajiet f'Abruzzo. Il-kunsill ta' l-Isla permezz tad-delegazzjoni tiegħu ħa sehem attiv f'din il-Konferenza billi ppreżentaw il-Kultura ta' l-Isla permezz ta' slides dwar il-postijiet li fuqhom l-artist M. S. Escher għamel xi pitturi.

Fl'egħluq ta' din il-Konferenza il-Muniċipalitajiet li ħadu sehem f'din il-Konferenza (madwar 12 fosthom l-Isla) iffirmaw protokol bil-għan li din il-koperazzjoni li bdiet f'Abruzzo tikber u tissaħħaħ aktar fi proġetti reċiproki fil-futur.

15 sat-18 ta' Lulju, 2004
Week End Break - Calypso Hotel, Gozo

14 ta' Ġunju sal-25 ta' Awwissu, 2004
Fitness Kors għan-Nisa - Sala Kunsill Lokali Isla

21 sat-23 ta' Mejju, 2004
Week End Break - Sol Suncrest Hotel

8 ta' Mejju, 2004
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla
Lejla Maltija - Ġnien il-Gardjola, Isla

L-Erbgħa 5 ta' Mejju, 2004
Parti mill-Attivitajiet ta' Jum l-Isla
Coffee Morning - Sol Suncrest Hotel

L-Erbgħa 24 ta' Marzu, 2004
Coffee Morning - Sunny Coast Resort [back to top]

HOME | LOCAL COUNCIL | SERVICES | NOTICE BOARD | HISTORY | ORGANIZATIONS | GENERAL INFO | MAP | 360° VIEW | CONTACT US