SITE SEARCH: 
 

Uffiċċju Amministrattiv,
2/4, Triq San Ġużepp,
Isla ISL1229
Tel: (+356) 2166 2424
(+356) 2701 3004
Fax: (+356) 2166 2566

Send us your feedback, enquiry or suggestion.

Experience the spectacular view from this magnificent garden.
Interactive Map with street names and landmarks.
112 Emergency
2124 2371 Helicopter Rescue
2123 8797 Patrol Boat Rescue
2545 0000 Hospital (Malta)
2156 1600 Hospital (Gozo)
8007 2222 Water Services Corp.
2128 4308 Weather Forecast
8007 2121 Go

Senglea ~ Città Invicta

L-oriġini tal-belt ta' l-Isla tmur lura għal żmien it-tmexxija ta' Malta mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Infatti fis-sena 1550 il-Gran Mastru Juan D'Homedes qabbad lill-arkitett Pedro Pardo biex jibni forti (iktar tard magħrufa bħala Forti San Mikiel) fejn illum hemm id-daħla ta' l-Isla. L-għan ta' dan il-forti kien biex jindokra u jasses id-daħliet madwar il-Port il-Kbir.

Aktar tard taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Claude de la Sengle, din il-belt bdiet tieħu sura ta' vera belt. u bdew jinbarraw is-swar li llum idawwru din il-belt, filwaqt li bdew jinbnew anke xi ftit abitazzjonijiet.

Matul l-Assedju ta' l-1565, il-Gran Mastru Jean Parisot de la Vallette flimkien mal-Kavallieri u l-Maltin ddefendew l-attakk Ottoman fuq dawn il-gżejjer. Din il-belt kellha s-sehem tagħha f'din id-difiża.

F'dan l-Assedju l-belt ta' l-Isla kellha sehem importanti u ewlieni f'din id-difiża. Minkejja l-attakki ħorox u ripetuti mill-marmalja Torka, din il-belt irreżistit bil-qawwa kollha u b'kuraġġ liema bħalu. Tant hu hekk li wara t-tmiem ta' dan l-Assedju, il-Gran Mastru La Vallette żejjen lil din il-belt bit-titlu ta' qatt mirbuħa "Civitas Invicta".

Matul it-tmexxija tal-Kavallieri f'Malta, din il-belt kompliet żiedet fl-importanza tagħha u għal żmien twil kienet meqjuma bħala t-tieni l-aktar belt improtanti wara l-belt Kapitali Valletta. Ma' kienux ftit dawk il-Kavallieri li bnew djarħom f'din il-belt ta' l-Isla. Dan wassal biex f'din il-belt kien hawn livell ta' ħajja għolja meta mqabbel ma' postijiet oħra fil-gżejjer Maltin.

Wara li l-Kavallieri ġew imkeċċija minn Malta mal-wsla ta' Napulju Bonaparti, din il-belt reġgħet sfat għal darb'oħra fi stat ta' assedju. F'dan iż-żmien il-belt ta' l-Isla kienet tifforma parti mill-Muniċipalita magħmula mill-ibliet ta' madwar il-port li kienu mdawwra bis-swar.

Matul iż-żminijiet imqallba taħt il-ħakma tal-Franċiżi u fis-snin ta' transizzjoni fil-perjodu bikri tal-ħakma Ingliża, l-abitanti ta' l-Isla kellhom sehem kbir u ewlieni fil-formazzjoni ta' era ġdida għal Malta.

Matul il-ħakma Ingliża fuq Malta, il-forza Navali Ingliża ħadet taħt it-tmexxija tagħha it-Tarzna li kienu bnew il-Kavallieri, fuq naħa waħda ta' l-Isla. L-Ingliżi komplew żviluppaw din it-Trazna matul in-naħa l-oħra ta' l-Isla.

Dan fiħ innifsu kien ta' benefiċċju għall-ġid ta' l-Isla. Iżda fl-aħħar mill-aħħar dan wassal biex fl-aħħar gwerra dinjija wasslet għall-qerda tal-belt ta' l-Isla, billi din it-tarzna kienet il-mira ewlenija ta' l-agħdu biex jeqirduha. Għalkemm il-gżejjer Maltin kienu taħt attakk kontinwu bejn Ġunju 1940 sa Awissu ta' l-1943, matul dan iż-żmien kien l-aktar li din il-belt ġarrbet ħsarat u sofriet miżerji kbar, peress li din il-belt ġiet kważi meqruda u r-residenti kellhom jitilqu mid-djar tagħhom.

L-isfreġu li din il-belt sofriet matul il-gwerra issa ġie rranġat u din il-belt reġgħet bdiet tagħti kontribut lejn l-avvanz u l-iżvilupp tal-gżejjer Maltin.


L-Isla - Il-Belt Fejn Noqgħod
(Fi kliem tifel li jattendi l-iskola Primarja Dom Mauro Inguanez - Isla)

"Il-blet fejn noqgħod jisimha l-Isla. L-Isla hija mdawra bil-baħar minn tliet naħat u għalhekk tissejjaħ peniżola. L-isem Isla, fil-fatt, ġej mill-kelma "peniżola". L-Isla tissejjaħ ukoll Senglea, wara l-Gran Mastru Claude de la Sengle, li hu l-fundatur tagħha.

Ħafna snin ilu l-Isla kienet bosk. Il-kavallieri kienu jużawha bħala post għall-kaċċa.

Fl-Isla għandna tliet knejjes sbieħ. Dawn huma l-knisja ta' San Ġiljan, l-eqdem waħda, il-knisja ta' San Filippu u l-knisja ta' Marija Bambina. Il-knejjes huma kollha sbieħ iżda dik ta' Marija Bambina hija l-isbaħ fosthom għax Marija Bambina hija l-patruna ta' beltna. Fl-Isla niċċelebraw festa kbira lill-Marija Bambina fit-tmienja ta' Settembru. Hawn min isejħilha l-festa tal-Vitorja.

L-Isla għaddiet minn żewġ gwerer kbar u importanti fl-Istorja ta' pajjiżna. L-ewwel waħda kienet l-Assedju l-Kbir u l-oħra kienet it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara li ntemm l-Assedju l-Kbir, il-Gran Mastru La Valletta sejjaħ lill-Isla bħala Citta' Invicta. Din tfisser li l-Isla qatt ma' kienet mirbuħa mit-Torok, li kienu spiċċaw telliefa fl-Assedju.

Bħal bliet l-oħra tal-Kottonera, l-Isla hija mdawra bis-swar. Il-ġnien tal-Gardjola huwa ġnien sabiħ ġo din il-belt. Dan il-ġnien jismu hekk għax fiħ gardjola li tinsab fil-ġnien. Fin-nofs hemm funtana ċkejkna. Fiħ jiġu ħafna turisti sabiex igawdu l-veduta tassew sabiħa tal-Port il-Kbir, bil-Belt Valletta fuq naħa u l-Birgu fuq in-naħa l-oħra. Fl-Isla hemm ukoll Dar Sant'Anna li fiha jgħixu xi anzjani Sengleani."

[back to top]








HOME | LOCAL COUNCIL | SERVICES | NOTICE BOARD | HISTORY | ORGANIZATIONS | GENERAL INFO | MAP | 360° VIEW | CONTACT US | |
Copyright 2005 © Isla Local Council | Privacy Statement | Copyright & Disclaimer